Who's Online

3 user(s) are online (1 user(s) are browsing Qustions & Answers)
Members: 0
Guests: 3
more...
SmartFAQ is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of InBox Solutions (http://www.inboxsolutions.net)

L-istorja ta' Adam u Eva huma veru jew hrafa?
Requested and Answered by Webmast on 25-Aug-2010 08:16 (2979 reads)
Hi Gordon prosit ta' l-apostolat tieghek. Jiena niehu pjacir naqra siltiet zghar mill-bibbja, u gieli tkellimt ma xi religjużi fuq xi diffikulta, bhal perezempju ta' Adam u Eva fejn qalluli li dik hrafa, jiena din ma tghogobni xejn meta niftahru li l-Bibbja hija l-aktar ktieb li inbieh u fuq kollox huma parti essenzjali mill-holqien.
Grazzi

Joseph Azzopardi
__________________________________________________________
Risposta

Ghaziz habib fi Kristu Joseph, naprezza minn qalbi l-kumment li ghamiltli li tieghu irrid naghti l-glorja lil Sidi gesu Kristu, ghax minghajru ma nghamel xejn u ma' jiena xejn. Jekk il-program bierkek, nirringrazzja lil Mulej Gesu ta' dan!

Jiddispjanini nisimghek tghid li iltqajt ma xi nies religjuzi li qalulek li l-istorja ta' Adam u Eva hija hrafa. Jien nemmen li Gesu huwa l-verita u jitkellem DEJJEM dak li huwa verita' u jekk xi nies religjuzi qalulek hekk rigward il-Bibbja u l-istorja ta' Adam u Eva, veru msieken ghax huma mqarrqa u qed jizvijjaw in-nies mit-trieq tal-Mulej minn dak li qieghdin jghidulek.

Nemmnek ghax dawn it-tip ta' nies "mexxejja" gieli smajthom jien stess b'widnejja, meta 'suppost' qieghdin imexxu lill-poplu t'Alla fil-verita! Jekk Gesu Huwa l-Verita u dejjem tkellem il-Verita mela dawn in-nies ghamlu lil Kristu giddieb! Ghaliex? Ghax Gesu, l-appostli Luqa, Guda u anke l-appostlu Pawlu li gie Malta ikkwotaw u anke irreferu ghall-istorja ta' Adam u Eva kemm il-darba, u dawn skond ma tghidilna l-Kelma t'Alla, kienu qieghdin jitkellmu b'l-ispirazzjoni ta' l-Ispirtu s-Santu...ma kienux qieghdin jikkwotaw xi hrafa, bhall ma qieghdin jighdu xi mexxejja religjuzi(mqarrqa u anke jiddispjacini nghid, injoranti: Mattew 15:14.)!!!(Ara wkoll 2 Timotju 3:16-17, Rumani 5:14-15, 1 Korintin 15: 22,45, guda1:14, Luqa 1:38 u Matthew 19...).

Sfortunatament hafna mexxejja religjuzu kull ma ghandhom hija biss religjon...maghmula mill-bniedem, imma lil Kristu ma' jafuhx u qieghdin f'periklu kbir, kemm ghalihom infushom u kemm minhabba r-responsabilita li ghandhom quddiem Alla, li suppost imexxhom fil-verita tal-Kelma mqaddsa t'Alla, li hija ispirata mill-Ispirtu s-Santu. (1gwanni 4:1-3, Kolossin 2:8, gakbu 3:1, 2 Timotju 4;1-5...).

Jekk inti ghandek il-guh verament ghal Mulej fittex Christian fellowship fejn jemmnu li l-Bibbja hija kollha kemm hi l-Kelma ispirata minn Alla, mhux jaghmluha bhal buffet...jaghzlu dak li joghgobhom u jdoqqilhom ghal widnejhom. Hemm hafna ghalliema foloz fid-dinja habib u anke whud li ghandhom titli religjuzi...pero tinkwetax ghax dawn kien minn dejjem; kienu n-nies stess religjuzi li haduha kontra Kristu u sallbuh!
Ftakar kliem Kristu stess fejn jghidilna u jwissina li hemm xi whud, ghalliema, ghomja li imexxu (jippruvaw) lil ohrajn ghomja bhalhom! 1 gwanni 4:1-3, Mattew 23.

La Kristu messlek qalbek, sinjal li qieghed isejjahjek biex tkun tassew tieghu! gesu ihobbok tassew! 1 gwanni 3:1.