Who's Online

4 user(s) are online (1 user(s) are browsing Qustions & Answers)
Members: 0
Guests: 4
more...
SmartFAQ is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of InBox Solutions (http://www.inboxsolutions.net)

M'aghandniex nghammdu lit-trabi?
Requested and Answered by Webmast on 25-Aug-2010 08:34 (2800 reads)
Hi Gordon, jien nixtieq nghaddi dal-kumment. Lil uliedna minn meta jkunu zghar nghalmulhom ahna l-kbar l-ahjar skola, ikel nutrittiv, hwejjeg tajbin ecc.

Allura ma tahsibx li ghandna nahsbulom x'inhu l-ahjar ghal ruhhom ukoll? Jiena kattolika u mhux religjuza BISS u nemmen b'qalbi kollha li lil uliedi ghandi nghammidhom u mill-bidu tal-hajja taghhom nghamillhom il-gisem taghhom TEMPJU fejn jghammar l-ISPIRTU TA' ALLA, biex ikun ghalihom dawl u gherf li jwassalhom ghandu - ALLA il-Missier.

Grazzi hafna.
Rita
__________________________________________________________
Risposta

Ghaziza ohti fi Kristu Rita, minn dak li inti ghedt qed nifhem li inti ghandek guh ghal Mulej u din hija grazzja kbira.

Bhal hafna Maltin li jitwieldu Malta u Ghawdex nifhem li l-kultura taghna hija kattolka ghalkemm issa li qieghdin nithaltu hafna ma nies minn madwar l-ewropa u Afrika l-affarijiet huma pjuttost differenti minn kif kienu sa xi ghoxrin sena ilu.

Issa, li inti kattolka, fija nfisa l-kelma kattolka ma fijha xejn ta barra minn hawn pero ahna skond il-Kelma t'Alla nissejhu 'Kristjani'. (Ara Atti 26:11, 26:28, 1 Pietru 4:16)

Issa, skond it-tradizzjoni 'kattolka' it-trabi jigu mghammda b'l-ilma u t-twemmin hu li permezz tal-maghmudija jigu mahsula mid-dnub tan-nisel. Il-problema f'din hija li dan hu biss taghlim tad-tradizzjonijiet u mhux taghlim Bibbliku jew taghlim li nisimghu li Kristu jaghllem.

Anzi pjuttost naraw lil gesu jaghllem u jghid, hallu lit-tfal jigu ghandi Mattew 19:14.

It-tfal xorta wahda jmorru l-genna jekk imutu zghar ghax Alla ma jzommhomx kontabli quddiemu ghax il-Kelma turina bic-car li l-bniedem isir kontabbli wara li jimmatura u jsir ta certu eta. Dan nafuh minhabba xnaraw skond id-drawwiet tal-Lhud (wara kollox gesu u l-Bibbja huma Lhud mhux kattolci ecc). Ara wkoll Ruman 5:12-20.

L-ilma naturali ma jahsel l-ebda dnub, la lil dawk li jitghammdu zaghar u lanqas dawk li jitghammdu kbar. Huwa d-demm ta gesu Kristu li jnaddafna minn kull dnub permezz tal-miraklu tar-regenerazzjoni li ssir fina permezz tal-hidma ta l-Ispirtu s-Santu (Titu 3:4-5, 1 gwanni 1:6-9, Apokalissi 1:5).

Il-Kelma tAlla li Hi Spirtu (gwanni 6:63,68, gakbu 1:18, Efesin 5:24) wkoll tnaddafna spiritwalment. Dejjem zomm fmohhok li l-problema ta l-umanita mhijiex hmieg fiziku imma hmieg spiritwali u ghalhekk li r-rimedju huwa fejqan minn marda spiritwali li nircievu l-fejqan minnha meta nircievu lil gesu u nimxu mieghu kulljum bhala tassew dixxipli!

Fil-Bibbja ma narawx trabi jitghammdu. It-trabi jigu dejjem IPPRESENTATI fit-tempju tAlla u dawn jigi ikkonsagrati u ddedikati fisem gesu Kristu. (Ara Luqa 2:22-33, 2 Samwel 2).

Skond l-iskrittura dawk li jitghammdu dejjem jitghammdu kbar u kienu jafu xinhuma jaghmlu u kienet dejjem ghazla taghhom personali u mhux ta hadd iehor, plus li bhala trabi anke fil-kattolicizmu mhux maghmudija jaghmlulhom umma biss dak li jghidulha bl-ingliz sprinkling u mhux jidhlu taht l-ilma u jergghu johorgu minnu bhal ma naraw fil-Bibbja.

Mela, jekk trid tghammed lit-tarbija tieghek ghamel int pero tahsibx li maghmudija tat-trabi isslva lil xi hadd. Huwa biss Il-Persuna ta gesu Kristu li ssalvana u lil uliedek tellahhhom fit-taghlim tal-Kelma tAlla. (Proverbji 22:6)

Il-paci mieghek Rita.

Zomm ghajnejk fuq Kristu u l-Kelma tAlla u hekk tkun dejjem fiz-zgur u ma tithawwadx. Ara Efesin 4:14, Kolossin 2:8.

Araw li hadd ma jhassarkom bfilosofija u qerq fieragh, skond it-taghlim tal-bnedmin, u skond l-elementi tad-dinja, u mhux skond Kristu. Kolossin 2:8.

Glorja lil Mulej!
Dejjem tieghek fi Kristu,
Gordon-John Manche
www.RiverofLoveMalta.org