Who's Online

2 user(s) are online (1 user(s) are browsing Qustions & Answers)
Members: 0
Guests: 2
more...
SmartFAQ is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of InBox Solutions (http://www.inboxsolutions.net)

Nixtieq inkun naf ghalfejn tisthi tant tghid li int kattoliku?
Requested and Answered by Webmast on 25-Aug-2010 08:36 (2118 reads)
Imkien fil-program tieghek ma tinforma lin-nies li m'intix kattoliku. Li kieku ma tridx tqarraq tghid car biex l-ghazla tan-nies tkun veru libera!

Joseph
__________________________________________________________
Risposta:

Ghaziz Joseph grazzi tal-e/mail tieghek. Le minix Kattolku, jien Kristjan! Dan qieghed nghidu ghax inhobb dak li Alla jhobb, IL-VERITA... avolja li l-verita mhux necessarjament dejjem popolari! Infatti la Alla l-Missier, la gesu Kristu, la Maria, la l-appostli u l-ebda dixxiplu li jimxa vera ma Kristu li jissemmew fil-Bibbja ma jissejjah Kattolci jew Kattolku. Jissejhu Kristjani jew Insara (Pero fil-Bibbja originali bil-grieg huma Kristjani-Kristianos li gejja mill-kelma Kristos).

Issa ghaziz habib, int kattolku? Jekk int, CONGRATULATIONS! Issa la tasal quddiem Alla zgur li ha jghidlek, "Ghaziz Joseph kemm jiena kburi bik ghax int Kattolku".Le, Alla jinteressah jekk inti ghandekx lil Ibnu gesu f'hajtek u jekk ghandekx relazzjoni personali mieghu, jekk le tmur l-infern u tintilef! Jekk ma tafx li dan li qieghed nighidlek huwa fil-Bibbja mela ghamel lilek innifsek u lill-generazzjoni tieghek pjacir halli ma tibqax tibla kull ma ghallmuk (jew dak li ghalmmukx), bhal mazzun...IBDA AQRA L-BIBBJA! Iftah ghajnejk habib.

Fejn ma taqbilx, ghandek dritt pero tahlix zmien toqghod tiktibli, jekk mhux ghax tixtieq titghalem il-verita tal-Kelma t'Alla. Il-bqijja kun imbierek u aqra dik l-ghaziza Kelma t'Alla u EMMINNHA!!!!

Jien Kristjan kif tghid il-Bibbja. Issa jekk ma tafx fejn tghid hekk erga ibghatli ta u nghidlek fejn tghid hekk u int sa dan it-tant ibaghtli fejn hemm miktub li min jimxi wara Kristu jissejjah Kattolku jew iktar u iktar Kattolku Ruman! (Roman Catholic).

M'ghandi xejn kontrik, u saqsini li trid pero naprezza li jekk issaqsini, tghamel hekk ghax ghandek il-guh ghal verita tal-Kelma t'Alla. Jekk ma jimputrakx mil-Verita mela tinkwetax ghax hawn hafna nies hekk fid-dinja, ma tkunx l-ewwel, la l-ahhar u l-anqas l-uniku!

"Gesu qal lil dawk lil Lhud li emmnu fih, "Jekk izommu l-Kelma tieghi, tkunu tassew dixxipli tieghi, u ssiru (taghrfu) l-verita u l-Verita tghamilkom liberi" gwanni 8:31-32.

"Il-poplu tieghi jinqered minn-nuqqqas ta' gharfien (tal-Kelma)..." Hosea 4:6

Il-Kelma Kristjani fil-Bibbja tissemma f'Atti 11:26, Atti 26:28 u 1 Pietru 4:16. Skond il-Bibbja Mqaddsa QATT ma' s-segwaci ta' Kristu gew insejjha 'kattolci' jew 'ortodossi' jew 'protestanti' ecc...Dawn huma ismijiet li dahhal il-bniedem maz-zminijiet minhabba b'mod specjali li ddahhlu hafna tradizzjonijiet maghmulha mil-bniedem. Ara Kolossin 2:8 u Mark 7:6-13.