X'tip ta Bibbja juzaw il-Gehovah's Witnesses?

Requested by Anonymous and Answered by Gordon on 27-Aug-2010 22:49

X'tip ta Bibbja juzaw il-Gehovah's Witnesses?

L-ewwel haga nixtieq nghidlek proset tal-programm! Ftit ilu fil-progamm smajtek titkellem dwar il-Bibbja li juzaw il-Gehovah’s u inti ghedt li ghanda isem partikolari. X'taqt inkun naf x’jisimha. Xtaqt inkun naf fejn tinsab fil-Bibbja fejn Gesu jew Alla jghid li jezisti l-infern.
Proset u keep it up.
M. Azzopardi
_____________________________________________________________

L-ewwelnet nixtieq nirringrazzjak ta’ l-interess tieghek.

Meta tibda tistudja l-Bibbja, hija xi haga tajba u anke sana li ma tibbazax fuq Bibbja wahda biss, imma tajjeb li jkollok iktar minn Bibbja wahda halli meta tistudja bis-serjeta, ikollok iktar bazi soda mibnijja fuq iktar xhieda li jaqblu u b’hekk ikollok studju tas-suggett Bibliku li tkun qed tistudja iktar ‘reliable’u b’sahhtu. Jekk tista anke studja il-basiks tal-lingwi li bihom inkitbet l-Iskrittura bħal-Lhudi u Grieg.(2 Korintin 13:1)

Issa ghawnhekk tinsab il-Problema! L-unika ‘Bibbja’ li b’mod drastiku ma taqbilx f’hafna bnadi u versi ma’ dawk li huma Bibbji Kristjani hija l-Bibbja li jippublikaw il-Gehovah’s Witnesses. Din it-tip ta’ ‘Bibbja’ tigi ppublikata minn “WatchTower Bible & Tract Society”. Din jisimha “New World Translation of the Holy Scriptures”.

Per-eżempju: King James Version (KJV), New King James Version (NKJV), New American Standard Bible (NASB), Revised Standard Version (RSV), New International Version (NIV), Amplified Bible (AMP), Jerusalem Bible, Etc…kollha jaqblu ma’ xulxin fid-duttrini fundamentali (doctrinally). In- NASB hija fost l-iktar Bibbji li huma fidili lejn il-lingwi oriGinali, pero per-eżempju il-KJV hija fost l-iktar użata u popolari.

Din il-‘Bibbja’ (New World Translation) għandha ħafna vrus mibdula biex takkomoda ħafna mid-duttrini foloz tal-JW’s. Sfortunatament ‘il-Bibbja’ “New World Translation” ukoll tichad id-Divinita’ ta’ Ġesu Kristu u biddlu skritturi fejn turi car li Gesu Huwa nnifsu Alla. Jekk bniedem jichad li Gesu huwa Divin, anke jekk ikun għex Jeħovah’s Witness tajjeb, hemm ċans li xorta jintilef u jispiċċa l-infern għax ikun neżża lil Ġesu Kristu mid-divinita tiegħu. Ġesu għamilha ċara li huwa innifsu Alla, u propju għalhekk li prinċipaljament il-Farisej riedu joqtluh (Ġwanni 10: 31-33) u Ġesu qal li jekk aħna ma nemmnux li Hu Kristu HU (JHWH) immutu mingħajr ma jkollna dnubietna maħfura, u b’hekk nintilfu u nispiċċaw fl-infern. “Qalilhom Ġesu: ‘…Għax jekk intom ma temmnux li jiena hu, tmutu fi dnubietkom…Tassew tassew ngħidilkom, qabel ma kien Abraham jien Hu (YHWH)’” (Ġwanni 8:24, 58, Esodu 3;14-15). (Din il-Kelma Jien Hu tfisser YHWH u fil-Grieg il-Kelma Mulej hija ‘Kurios’ Li tfisser ‘Alla – Sid – Adonai’. (Rumani 10:9-10).

Meta tnezza lil Ġesu mid-Divinita tiegħu, dan ifisser li issa id-demm ta’ Ġesu huwa demm bħal kull demm ta’ bniedem ieħor, u l-ebda demm ta’ uman ma jista jsalva bniedem midneb u jahsel id-dnub tan-nisel u d-dnubiet kollha tal-persuna midinba. (Ġwanni 3:16-18, 1 Pietru 1:18-21) Dan biss jista jaghmlu demm li gej biss minn Alla, demm divin, ghalhekk Alla L-Missier, Huwa Missier Alla Gesu li sar Bniedem, imma kien minn dejjem Alla. (Ara Mikea 5:1-2, Isaija 9:6, Ġwanni 1:1,14, Atti 2:34, Apokalissi 1;8,18, Kolossin1:19, 2:9, Titu 2:13 u ħafna oħra eċċ)

Hafna Gehovah’s Witnesses li huma hafna minnhom ‘well-meaning’, ma jithallewx jaqraw Bibbji ohrajn bhal ma semmejna qabel u xi haga ohra li ndunajt hija li l-leaders tal-Gehovah’s Witnesses ma jhallux lin-nies taghhom jaraw programmi televizivi bhal GOD-TV, DayStar TV, etc... (dan huwa perikoluz ghax taghmel lil persuna jiddependi fuq ‘qanpiena wahda’ u ma jkunx jista jaghrbel b’modd reqq u honest)

Għalkemm Ix-Xiehda ta’ Gehovah iqassmu hafna kotba fid-djar b’xejn bħal ‘Watch Tower (Torri ta’ l-Għassa)’, jew ‘Awake’ pero ħafna minnhom ma jithallewx jaqraw kotba ta’ religjonijiet oħra, inkluz Kristjani. (Sfortunatament naf ukoll ħafna Kattolċi Rumani li għamlu l-istess ħaġa inkluz qassis Kattolku partikolari li ħaraq kotba li kienu jitkellmu fuq Kristu u l-messaġġ tas-ssalvazzjoni.)

Rigward l-Infern il-Bibbja titkellem ħafna.

Għawnhekk għandek ħafna x’taqra. Fit –Testment il-Ġdid hemm mil-inqas 162 skritturi li jirreferu għal Infern u iktar minn 70 waħda li għandhom x’jaqsmu ma’ Ġesu.

Mattew 25: 30, 46, Mattew 8; 12, Mattew 13: 42-50, Mark 9: 43-48, Luqa 16: 23-26, Apokalissi 14: 10-11, Apokalissi 20: 13-15, Apokalissi 21: 8, Atti 2: 29-31, Efesin 4: 7-9, Romans 10: 6-7,

In-nies ta’ ‘Xiehda ta’ Ġeħovah’ huma nies bħal kullħadd u aħna għandna nħobbhom u nirrispettawhom imma fejn huma żbaljati fit-tagħlim tagħhom, hemm bżonn li jiġu avżati għal ġid tagħhom stess. Jien personali kemm il-darba tkellimt magħhom, imma s’issa dejjem jieqfu u ma’ jkomplux.

Il-Mulej ibierkek u jmexxik dejjem fit-triq tal-Verita u l-Imħabba tiegħu!

Pastor gordon-john manche’

This Q&A was found on Habbejtek.tv : http://www.habbejtek.tv/modules/smartfaq/faq.php?faqid=11