Jien ta spiss nisma vuci tkellimni, pero kif nista nkun zgur...

Requested by Anonymous and Answered by Gordon on 26-Aug-2010 09:46

Jien ta spiss nisma vuci tkellimni, pero kif nista nkun zgur...

Jiena se naghlaq 9 snin imwielda mill-gdid. Kemm il-darba nisma vuci u tighdli, ‘iftah il-Bibbja ghax irrid inkellmek’ u l-Mulej itini xi versi ghalija jew fuq xi hadd iehor. Gieli nighdlu jien lil-Mulej, ‘kellimni’ u niftah il-Bibbja. Pero gieli niftah il-Bibbja minghajr ma nkun smajt il-vuci jew ma nkunx staqsejt. Ghajnejja jmorru fuq xi vers fejn il-Mulej ikun qed jireferi ghal xi nies hziena u l-vers ikun fuq xi hsara li se jara l-ghadu. Jien nibda nahseb hazin. Jista ix-xitan itik xi vers biex iqabdek xi biza?
_______________________________________________________________

L-ewwelnet ghandna ghalfejn nirringrazzjaw lil Alla li permezz ta Gesu Krist ahna gejn salvi u moghtija hajja gdid fi Kristu.

Mill-ittra tieghek int tidher li inti persuna spiritwali u ghandek il-guh ghal Mulej u dan tajjeb. Glarja lil Mulej.

Li ‘kkonfondejtni xi ftit ghax donnok qed tibbaza wisq il-mixja tieghek ma Kristu fuq ‘vuci’ jew ‘vucijiet’ li forsi xi kultant tisma. Ghakemm nemmen bhala Kristjan li Alla ghandu jkellem b’mod haj u dirett lil poplu tieghu anke b’mod personali, pero ninkoraggik toqghoq attent għax tista tkun qed tpoggi ruhek f’periklu ta qerq spiritwali.

Gesu qalilna li ‘n-naghag tieghu jisimghu lehnu’ u qalilna wkoll li meta jigi fina u fuqna l-Ispirt s-Santu, Hu ukoll ikellmna u jurina il-Verita, li Hija Kristu nnifsu – Gwanni 14:6. (Ara wkoll Gwanni 10:1-4, u Gwanni 16: 12-15, Atti 13:2 ecc).

Il-pedament cert u sikur li ghandek tibni l-mixja tieghek fi Kristu hija dejjem u fuq kollox il-Kelma t’Alla – Il-Bibbja. (Aqra sew Mattew 4:4, u Mattew 7: 24-27, Gwanni 8: 31-32).

Nemmen li x-xitan jista jinqeda bil-Bibbja u jgiblek quddiemek versi biex ibezzghek, wara kollok ix-xitan jafa l-Bibbja u ghalhekk lil-Kristu ‘pprova jfixklu biha stess, imma dejjem jikkwota` barra l-kuntest u mhux bl-ispritu t’Alla, ta’ mhabba, verita u paci. (Ara Luqa 4: 1-13). Ix-xitan jista biss juza xi haga tajba bhal Bibbja b’mod hazin u qarrieq ghax fih m’hemmx verita u hu nnifsu missier il-gideb. (Gwanni 8:44).

Il-kelma ta’ kuragg minn ghandi hija din:

1. Dejjem zomm il-Bibbja l-EWWEL POST fuq kull taghlim, bhala l-gharbiel tieghek u ghamilha qabel kollox.
2. Dejjem itlob lil Missier f’isem Gesu Kristu biex imexxik fil-verita shiha tieghu permezz ta’l-Ispirtu s-Santu. Rumani 8:14-16.
3. Tfittix sperjenzi ‘paranormali’ jew ‘spettakolari’ ghax ix-xitan jista jokkomodak u tispicca tigi mqarraq. (2 Korintin 11:14, 2 Tessalonkin 2: 9-11)
4. Zomm f’mohhok li l-Kelma t’Alla hija diga` ‘sopranaturali’ fiha nfisha ghalkemm mhux dejjem necessarjament ‘spettakolari’.
5. Fittex dejjem gwida lil bhal xi Pastor li jistgha jinkoraggik tikber fil-Kelma u l-Ispirtu t’Alla u anke fil-Qawwa ta l-Ispirtu s-Santu. (Jekk m’ghandekx Fellowship-Komunita Kristjana fejn tixxierek, nistidnuk tinaqghad maghna gewwa River of Love Christian Fellowship)
6. Tafdax fl-gherf tieghek innifsek jew xi bniedem iehor, imma dejjem irikorri ghal xi tghid il-Kelma. Halli li Din tkun l-ahhar risposta tieghek. Kolossin 2:8, Proverbi 3: 5-6.
7. Ftakar li int fi Kristu ghandek qawwa u awtorita fuq ix-xitan u m’ghandekx ghalfejn tibza minnu, specjalment jekk int qed tghix minn qalbek ghal Mulej. “Akbar Huwa Dak li hemm jghix gewwa fik, - Kristu, Minn dak li hemm fid-dinja” 1 Gwanni 4:4.
8. Itlob lil Mulej itik l-Gherf tieghu u id-dixxerniment spiritwali u meta titlob emmen li diga qlajtu, u ghalhekkirringrazzjah. Gakbu 1:5-7, Mark 11: 22-14.


Il-Mulej imexxi fil-Verita shiha tieghu int u tixxennaq iktar ghalih ta kulljum.

Gesu ihobbok.

Pastor gordon-john manche

This Q&A was found on Habbejtek.tv : http://www.habbejtek.tv/modules/smartfaq/faq.php?faqid=9