Who's Online

5 user(s) are online (1 user(s) are browsing Articles)
Members: 0
Guests: 5
more...

Welcome to Habbejtek Website where you can view our TV programmes on Smash TV



SmartSection is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of INBOX International (http://inboxinternational.com)
Messages > Min Hu Gesu?

Min Hu Gesu?

Min Hu Gesu?
Elfejn sena ilu ragel li kien twieled go Betlehem, ghex u kiber go Nazzaret f’Galilea (Mattew 2). Deher fost in-nies u hafna popli differenti (specjalment dawk Lhud u Griegi,) jaghmel sinjali u egubijiet li hadd ma’ kien qatt qabel aghmel bhalhom u tkellem kliem ta certu gherf li qatt ma’ kien instema qabel!

Dan m’ Hu hadd iehor hlief biss Gesu ta’ Nazzaret imwieled minn vergni ommu Marija li wkoll segwitHu ghal tul hajjitha, anke sa l-Eternita!

Fil-qosor min Hu Gesu u ghaliex nistghu nafdaw f’dak li qal?

Gesu Hu l-Iben wahdieni ta’ Alla.

“Ghax Alla hekk habb lid-dinja li ta lil Ibnu l-wahdieni,
biex kull min jemmen fih ma jintilifx, izda jkollu l-hajja ta’ dejjem”. Gwanni 3:16

Gesu Hu Bin il-bniedem.

“…u (Alla l-Missier) tah ukoll is-setgha li jaghmel haqq, ghax hu Bin il-bniedem”.Gwanni 5:27.
(Ara wkoll Mattew 9:6; 12:8; 16:13; 13:37-41)

Gesu Hu innifsu Alla.

“Fil-bidu kien il-Verb, u l-Verb kien ma’ Alla, u l-Verb kien Alla…u l-Verb sar bniedem u ghammar fostna u ahna rajna l-glorja tieghu,…mimli grazzja u verita…” Gwanni 1:1,14-18, “Ghax twildilna tifel, nghatalna iben; is-setgha tkun fuq spallejh, u jsemmuh: ‘Kunsillier ta’ l-ghageb, Alla setghan, Missier ghal dejjem(Etern), Princep tas-sliem” Isaija 9:6. (Ara wkoll Isaija 9:6, Gwanni 10:30-33, Apokalissi 1: 8,17-18)

Gesu Hu Etern.

“Imma int, Betlehem ta’ Efrata, ckejkna fost il-familji ta’ Guda, minnek ghad johrogli dak li jkun princep f’Izrael; hu ghandu l-bidu tieghu mill-qedem, sa minn dejjem ta’ dejjem” Mikea 5:1. (Ara wkoll Isaija 9:6, 1Timotju 1:17, Apokolissi 1:8, 17-18 ecc...)

Gesu: Hu jaf kollox.

“..Pietru…qallu, “Mulej, int taf kollox…” Gwanni 21:17, “…ghax hu kien jaf lil kullhadd…ghax hu stess kien jaf x’hemm fil-bniedem Gwanni 2:23-25.

Gesu Hu omnipresent, Hu kullimkien.

“Hu…l-milja ta’ dak li jimla kollox, f’kollox” Efesin 1: 22-23.

Gesu Hu l-uniku Salvatur, Hu biss jista jsalvak.

“F’hadd hliefu ma hemm salvazzjoni, ghax imkien taht is-sema ma hemm isem iehor moghti lill-bnedmin li bih ahna ghandna nkunu salvi,” Atti 4:2 (Ara Gwanni 14.6)

Gesu ghandu s-setgha li jahfer id-dnubiet.

“Jekk nistqarru dnubietna, hu fidil u gust, hekk li jahfrilna dnubietna u jnaddafna minn kull hazen”.
1 Gwanni 1:9. “Gesu gharaf hsibijiethom, u qalilhom… ‘Mela biex tkunu tafu li Bin il-bniedem ghandu s-setgha jahfer id-dnubiet fuq l-art’ – qal lill-miflug: ‘habib, dnubietek mahfura…Qum, qieghed nghidlek, aqbad friexek u mur lejn darek’”. Luqa 5:17 - 26
(Ara Mattew 11:28-30, Luqa 7:47-49, 1 Gwanni 4:16-19)

Gesu qatt m’ Hu se jcahhdek minnhu nnifsu jekk tigi ghandhu.

“Dawk kollha li jaghtini Missieri jigu ghandi, u min jigi ghandi ma nkeccihx ‘il barra…” Gwanni 6:37

Kullhadd li qatt twieled jew ghadu sa jitwieled ikollu xi darba jew ohra jiffaccja il-mistoqsija li Gesu kien ghamel lid-dixxipli tieghu. Din hi:-
Int min tghid li Hu Gesu?

Gesu Huwa uniku u specjali mhux ghax ghamel u qal affarijiet sbieh izda ghax m’hemm l-ebda persuna fid-dinja u fl-storja tal-bniedem li qatt kien fil-kategorijja tieghu! Gesu Hu f’Kategorijja unika ghaliH biss.

Gesu Hu l-uniku personagg li qatt ezista li wettaq eluf ta’ profeziji li kienu gew miktuba u mbassra fuqhu mijiet u eluf ta’ snin qabel ma twieled. Gesu f’hajtu wettaq Eluf ta’ profeziji li kienu miktuba fl-antik Testment li kienu jitkellmu u jispjegaw bir-reqqa;
fejn il-Messijja kien sa jitwieled (Mikea 5:1-Mattew 2:1-6)
li l-Messija jkun sa jitwieled minn omm vergni (Isaija 7:14- Mattew 1;23 u Luqa 2:4-6)
x’se jaghmel u x’kapacita’ u awtorita’ se jkollu (Isaija 9:6-Matthew 7:29, Mattew 28:18)
Li kien se jidhol Gerusalem fuq felu ta’ hmara (Zakkarija 9:9-Mattew 26:15)
u sahansitra wkoll kif kien sa jbati u sa jmut (Isaija 53, Salm 16, Mattew 27:26-30)
…u jerga jirxoxta! (Salmi 16:8-11–Atti 2:25-36)Ecc…

Muhammed, jew Buddha, jew Brahma, jew Rev. Moon tal-Moonies u hafna mexxejja ta' hafna religjonijiet ohra u profeti ohra foloz li tqarrqu b’hafna nies zgur li m’ghandomx dawn il-CLAIMS wara isimhom. Ghalhekk ma hemmx isem iehor fid-dinja li Hu daqshekk famus u qawwi daqs tieghu. Ghal dan l-isem ix-xjaten ma jifilhux, u jitwerwru biH! Hu f’dan l-Isem li l-mard jigi mfejjaq u is-sahta imkissra!

Kemm jekk wiehed hu kredent fi Kristu jew le, xorta wahda sa llum ghadu ‘jiccalengja’ l-imhuh ta’ l-akbar studjuzi u xjentisti minn kull sfera tal-hajja minn madwar id-dinja kollha.
  Send article

Navigate through the articles
Previous article Talba biex tigi salvat! Nistghu nafdaw fil-Bibbja? Next article
Voters total: 0
Average: 0