Who's Online

6 user(s) are online (1 user(s) are browsing Articles)
Members: 0
Guests: 6
more...

Welcome to Habbejtek Website where you can view our TV programmes on Smash TV



SmartSection is developed by The SmartFactory (http://www.smartfactory.ca), a division of INBOX International (http://inboxinternational.com)
Messages > Talba biex tigi salvat!

Talba biex tigi salvat!

Talba biex tigi salvat!
Ghaziz Missier Etern, jiena nigi ghandek ghax jiena midneb. Illum naghraf li ma nistax insalva lili nnifsi. Nehtieg Salvatur personali. Gesu Iben Alla l-haj, nitolbok issalvani issa stess u tahfirli id-dnubiet kollha tieghi, tal-passat, tal-present u tal-futur. Irrid nitwieled mill-gdid. Irrid nesperjenza dik il-Hajja gdida li Inti biss ghandek is-seta taghtini. Inti wieghed permezz tal-Kelma Mqaddsa tieghek li jekk jiena nemmen f’qalbi u nistqarr b’fommi li Gesu Hu Sidi, il-Mulej u s-Salvatur tieghi jiena nsalva zgur, mhux forsi.

Ghalhekk jiena issa nistqarr minn qalbi li Gesu’ Kristu Hu il-Mulej u l-Iben ta’Alla u Hu biss Hu s-Salvatur tieghi. Nemmen li int Gesu baghtejt ghalija, mitt minfloki fuq is-salib, u hallast il-prezz bis-shieh mehtieg biex takkwista ghalija l-mahfra ta’ dnubieti kollha, sabiex jiena personalment nista nesperjenza l-Hajja ta’ dejjem.

Gesu, nitolbok issa stess biex tigi tghix f’qalbi u timlieni bil-presenza ta’ l-Ispirtu Qaddis tieghek. Aghtini l-qawwa, O Mulej li nimxi mieghek, li nservik u nhobbok tul hajjti kollha. Mulej Alla, Inti tajt l-ahjar ghalija, ghinni biex jiena wkoll naghtik l-ahjar f’kollox matul hajti. Bhalma Inti O Gesu mitt ghalija, minn issa ‘l quddiem irrid nghix ghalik sa kemm ninghaqad mieghek ghall-Eternita’ kollha. F’Isem Gesu Kristu nitlob dan.

Grazzi Missier ta’ l-imhabba tieghek lejja u talli bghadt lil Ibnek Gesu f’din id-dinja biex permezz tieghu jien ikolli is-salvazzjoni. Minn dan il-jum il-quddiem jien issa naf li jien salvat bis-sahha tieghek u mhux bis-sahha tieghi. Jien twelidt mill-gdid permezz ta’ lis-Spirtu s-Santu u l-Kelma mqaddsa tieghek. Missier, nemmen li l-hajja t’Alla dahlet fija bil-grazzja u permezz tal-fidi tieghi. Id-dnubiet tieghi kollha gew mahsula bid-demm ghaziz ta’ Gesu Kristu u permezz tas-sagrificcju tieghu jien sirt hlejqa gdida. Jien iben/bint ir-Re! Grazzi Missier tad-demm li xerridt ghalija permezz ta’ Ibnek Gesu Kristu.(Efesin 2.8-9, Titu 3.4-5)

Grazzi Missier ta’ l-imhabba kbira li ghandek lejja! Jien nghid ‘IVA’ ghal Gesu u ghar-rieda t’Alla f’hajti, u nghid ‘LE’ lix-xitan u nichad ir-rieda tieghu f’hajti. Nichad kull xorta ta’ spirtu hazin u qarrieq minn fuq hajti f’l-isem potenzjuz ta’ Gesu’. Jien rebbieh/rebbieha fuq kull haga li tigi f’hajti ghaliex issa jiena fi Kristu u Kristu fija! Ix-xitan m’ghandu’ l-ebda qawwa u awtorita iktar fuqi ghax jien ta’ Gesu.(1 Korintin 15.57, 2 Korintin 2.14, Filippin 4.13)

Grazzi O Missier Alla tat-tjubija kbira li wrejt lejja. F’ Isem Gesu Kristu Ibnek, nitlob dan. Amen. (Salmi 103)
  Send article

Navigate through the articles
Min Hu Gesu? Next article
Voters total: 1
Average: 5.0000